ASA PRESS CONFERENCE
Tuesday 17th October 2023
Hyatt Hotel St`Julians
Introduzzjoni
Sinjuri, mistednin, membri tal-midja merħba. Huwa ta`pjaċir tiegħi li flimkien mal-Eżekuttiv ta`l-ASA nilqgħukom hawn illum għal din il-konferenza stampa. Qabel nibda xtaqt nirringrazzja lil Hyatt Hotel li għoġobhom jilqgħuna f`waħda mis-swali tagħhom. Matul l-aħħar ġimgħat, l-assoċjazzjoni tagħna ħadmet bla heda wara l-kwinti, sabiex inħejju għall-attivitajiet li ser ikollna matul ix-xhur li ġejjin. Flimkien, għamilna passi biex il-ħolm jinbidel f’realtà, u nqajjmu aktar għarfien fl-isport akkwatiku. Illum jimmarka mument kruċjali fil-vjaġġ tagħna għaliex issa wasal iż-żmien li mil-paroli ngħaddu għal fatti.
ENEMED Water Polo Cup 2024
Huwa ta` unur għalina, li għal sena oħra l-ASA ser terġa torganizza l-ENEMED CUP. Ma nistax ma nirringrazzjax lil ENEMED imma fuq kollox lil Executive Chairman is-Sur Kevin Chircop li dejjem kien u persważ li ser jibqa jkun ta` spalla għall-assoċjazzjoni tagħna. Il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet hija waħda pożittiva tant li għal futur ġejjieni ser jitħabbru aktar inizjattivi mal-entita ENEMED. Qegħdin nippreżentaw il-programm kollu li ser jintlagħab ġewwa il-Pixxina Nazzjonali. Dan il-format dejjem serva ta` pjattaforma għat-talent żagħżugħ ġewwa pajjiżna. Ta min wieħed isemmi li bħalissa hemm madwar 16 il-player tal-water polo li qegħdin jilgħabu barra minn Malta fosthom 4 tfajliet. Bħala ASA kburin għal dawn l-opportunitajiet li qed ikollhom l-atleti tagħna għax dan kollu jawgura tajjeb għal ġejjieni. Xtaqt issa nistieden lis-Sur Chircop sabiex jagħmel kelmtejn tal-okkażżjoni.
Len Challenger Water Polo Cup – Men & Women
Din is-sena ġie deċiż li nieħdu sehem fil-Challenger Water Polo Cup b`selezzjoni ta` tim tan-nazzjonal immexxi mil-kowċ Milan Cirovic taħt l-isem Valletta Malta. It-tim ilu għal dawn l-aħħar ġimgħat jittrenja ġewwa il-Pixxina tal-Kottonera kemm filgħodu u anke filgħaxija. Il-preparamenti għaddejin ġmielhom. Bi pjaċir inħabbar li l-grupp ta` kwalifikazzjoni li hemm fih Malta, ser isir ġewwa pajjizna din il-ġimgha bejn 19-22 ta` Ottubru 2023. Fost it-timijiet li ser nospitaw ser ikun hawn rappreżentanza mil-Lithuania, Finlandja u Bulgaria. Dan il-logħob ser iservi ta` preparazzjoni li ser ikollna fil-kampjonati Ewropej li kellhom isiru ġewwa Israel f`Jannar li ġej. F`din il-kompetizzjoni apparti it-tim tal-irgiel, ser ikollna wkoll rappreżentanza femminili għaliex bi pjaċir inħabbru li t-tim tat-tfajliet tas-Sirens ser jieħdu sehem ukoll f`din il-kompetizzjoni. Il-logħob ta kwalifikazzjoni tagħhom ser isiru ġewwa Burgas il-Bulgarija, u fil-grupp ser ikun hemm timijiet mir-Renju Unit, Bulgaria, Portugal u Serbia. Il-girls ilhom jippreparaw matul dawn l-aħħar ġimgħat għal dawn il-logħob. Nawguraw minn qalbna lit-tim tas-Sirens li ser ikunu qegħdin jirrapreżentaw lil pajjizna.
Water Polo Youth & Women League
Kienet ilha tinħass il-ħtieġa, li l-atleti tagħna għandhom bżonn ta` aktar logħob. Għalhekk għal dawn l-aħħar ġimgħat ħdimna qatiegħ u fassalna firxa wiesa ta` logħob u qegħdin inniedu il-programm li ser ikollna. Għall-ewwel darba nedejna festival għal Under 12 boys kif ukoll Under 16 girls. Nemmnu li wasal iż-żmien li niffukaw aktar fuq player development sabiex nkomplu ngħollu il-livell tal-logħba tagħna. Apparti minnhekk ser ikollna il-leagues tal-U14/ U16 / U18 / U20 boys kif ukoll Senior Women League tax-Xitwa kif ukoll dak tas-Sajf. Ħafna mil-logħbiet ser jibdew minn Novembru u ser isiru ġewwa il-Kottonera u meta noqorbu għal-perjodu tas-sajf, l-aħħar logħbiet ser jintlagħbu fil-pitches rispettivi tal-clubs. Din is-sena konna pro-attivi u ħriġna il-fixtures minn qabel sabiex b`hekk kull club, kull coach, kif ukoll l-atleti flimkien mal-ġenituri tagħhom, ikunu jistgħu jippreparaw aħjar it-taħriġ tagħhom. Għandkom issibu ukoll kopja tal-logħbiet kif ġew ikkomunikati lil clubs. Ser ikollna il fuq minn 328 logħba. Fil-gimgħat li ġejjin ser ikun varat ukoll il-kampjonat tas-Seniors Water polo tax Xitwa kif ukoll dak tas-Sajf.
Kompetizzjonijiet Internazzjonali
Il-ħidma tal-ASA ma tieqafx biss fl-organizzazzjoni għal kampjonati lokali, imma flimkien bil-għajnuna tal-Malta Tourism Authority u Sport Malta, għall-ewwel darba f`pajjiżna ser tiġi organizzata il-Malta Water Polo Christmas Cup (Men). Bħala timijiet irnexxilna nġibu lil Serbia, Montenegro, Olanda, Italia u Franza. Din hija opportunita unika għad-dilettanti tal-water polo sabiex jaraw fostna uħud mil-aqwa talenti f`dan l-isport. Il-logħob kollu ser isir ġewwa il-kumpless tal-Kottonera. Dan l-avveniment ser iservi sabiex dawn it-timijiet inkluż Malta, jippreparaw għal Kampjonati Ewropej. Ma kinitx faċli li ġġib dawn l-iġganti f`pajjizna imma ir-reputazzjoni tagħna għenet u mhux ftit.
Huwa ta pjaċir ninfurmakom wkoll li irċevjna l-aħbar li LEN European Junior Artistic Swimming Championships kif ukoll il-World Aquatics Men’s U16 Water Polo World Championships ser isiru ġewwa pajiżna f`Ġunju tas-sena d-dieħla. Dawn huma żewġ kompetizzjoniet kbar għaliex qatt qabel ma ġew organizzati kampjonati fuq livell ta` Worlds f`pajjizna. Żgur mhux forsi, li dawn l avvenimenti huma ta importanza nazzjonali u hija storika għal pajjiżna wkoll. Il-Junior Artistic Swimming Championships ser nilqgħu fostna madwar 15 il-pajjiż u ser isir ġewwa il kumpless tal Kottonera. Bil-ħidma tal kowċis tagħna Michelle Hubner u Hannah Preca Trapani, ser inkunu ippreparati għal din il-kompetizzjoni. Żgur mhux forsi, li f`dan l-isport għamilna qabża ta kwalita bir-riżultati li ġibna f`dawn l-aħħar żmien. L-atleti jagħmlu sagrifiċċji kbar b`sigħat twal jittrenjaw sabiex ikunu ippreparati għal kompetizzjoniet li jieħdu sehem fihom. L-ASA investiet bis-sħiħ f`dan l-isport, tant li matul din is-sena l-atleti tagħna kellhom l-opportunita li jikkompetu barra minn xtutna fosthom ġewwa Funchal kif ukoll ġewwa Ateni Greċja. Kif tistghu taraw ukoll hemm il-programm ippreparat ghas-sena d-diehla tal-kompetizzjonijiet li ser niehdu sehem fihom.
Kif ghidt ukoll il-World Aquatics Men’s U16 Water Polo World Championships ser isir f`Gunju ukoll u nħossuna onorati li ntgħażlet Malta. Matul dan il-kampjonat ħa nilqgħu fostna il-fuq minn 32 tim minn pajjiz madwar id-dinja kollha. Kull tim jkun kompost minn 20 persuna fosthom atleti, staff tekniku u delegati. Apparti dan, mijiet oħra ta` ġenituri ser jivvjaġġaw għal dan it-tournament prestiġġjuż. Fil-fatt l-ASA għal dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet, fil-jiem li ġejjin, ha taħtar organisation committee li ser ikun qiegħed immexxi minn Rita Azzopardi s-Segretarja Generali tagħna. Biċċa uġigħ ta ras għal Rita imma m`għandix dubbju li bl-esperjenza tagħha ħa tkun qed tagħmel biċċa xogħol tajba flimkien mal-membri l-oħra!!!! It-tim tagħna tal-U/16 ser ikun qiegħed jipprepara bis-sħiħ għal dan l-avveniment mil-kowċis Jonathan Valletta u Ryan Coleiro. Fil-fatt it-tim ser ikun qiegħed jikkompeti ukoll fil-kampjonat lokali tal-U/18 f`pajjizna. M`għandix dubbju li dawn l-avvenimenti ser jibqgħu mmarkati fl-istorja tal-ASA li propju is-sena d-dieħla ser tkun qed tiċċelebra il-mitt (100) sena tagħha.
Education Courses / Coaches Licence
L-ASA executive committee b’kollaborazzjoni mal-ASA Education Development Committee, għamlu passi sinifikanti lejn it-titjib tal-istandards tal-coaching fil-qasam akkwatiku f’Malta. Ittieħdet deċiżjoni li l-kowċis residenti f’Malta jkunu kwalifikati u liċenzjati. Dan huwa tabilħaqq żvilupp sinifikanti għaliex qatt qabel ma kellna sistema f`postha. Din id-deċiżjoni hija mmirata biex tiżgura s-sigurtà u l-professjonaliżmu. L-ASA temmen bis-sħiħ li għandu jkun hemm kowċis kwalifikati on deck għaliex huwa essenzjali jekk irridu t-tkabbir u s-suċċess kontinwu tal-isports akkwatiku f’Malta.
Ser ikun hemm qafas gradwali għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti. Il-kowċis se jingħataw ammont raġonevoli ta’ żmien biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda. Matul dan il-perjodu tranżitorju, jeħtieġ li kull kowċ ilesti courses ta’ taħriġ speċifiċi biex jiksbu l-kwalifiċi u l-liċenzji meħtieġa. Bħala parti minn din l-inizjattiva, l-ASA daħlet fi ftehim ma diversi entitajiet fosthom mal-Institute for Swimming, li hija istituzzjoni rinomata bbażata fir-Renju Unit. Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni, l-ASA se toffri courses gewwa pajjizna li jilħqu standards internazzjonali, u jiżguraw li l-kowċis jirċievu taħriġ u ċertifikazzjoni tal-ogħla livell. Dan il-ftehim jirrappreżenta pass sinifikanti sabiex inkabbru l-għarfien u l-ħiliet tal-kowċis biex jisbqu fir-rwoli tagħhom.
Intlaħaq ftehim ukoll mar-Royal Life Saving Society biex tipprovdi courses ta` first aid and lifesaving. Dawn il-courses huma mfassla biex jarmaw lill-kowċis b’ħiliet essenzjali li jsalvaw il-ħajja, u jiżguraw li jkunu ppreparati tajjeb biex jimmaniġġjaw sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Ukoll qed nenfasizzaw l-impenn tagħna għas-sigurtà u l-benesseri tal-parteċipanti kollha fl-isports akkwatiku. Intlahaq ftehim ukoll ma l-entita` Learning Works f’diversi oqsma fosthom fl-ikkowċjar u l-iżvilupp tal-isport.
Ninsabu eċċitati sabiex nibdew dan il-vjagg edukattiv flimkien ma l-imsieħba tagħna u qed nistennew bil-ħerqa li flimkien niksbu riżultati notevoli. Dawn id-deċiżjoniet qed juru l-impenn tal-ASA sabiex ikollna aktar professjonalità, sigurtà, u nkabbru l-iżvilupp ġenerali tal-isports akkwatiku f’Malta. Fil-jiem u il-ġimgħat li ġejjin, ser inniedu il-programmi tagħna u qed inkunu nistennew bil-ħerqa li naħdmu mill-qrib mal-kowċis, l-atleti, u l-partijiet interessati biex nimplimentaw dawn il-miżuri b’mod effettiv u ngħollu l-istandard tal-coaching f’pajjiżna.
World Aquatics Water Polo Development Courses for Referees
Fl-aħħar xtaqna inħabbru wkoll aħbar oħra pożittiva. L-ASA flimkien mal-World Aquatics, ser norganizzaw Development Referee Course li ser isir bejn 27-28 ta` Otturbu 2023 ġewwa l-Universita` ta` Malta. Kellna madwar 18 il-persuna li applikaw għal dan il-course li ser ikun qed jitmexxa mir-referee Taljan Massimiliano Caputi. Kif tistgħu taraw mil-programm li ser ikun imqassam fuq jumejn, il-parteċipanti ser ikollhom l-opportunita li jsewgu u jiddiskutu r-regolamenti ġodda li ġew introdotti. Qed nagħtu l-għodda kollha meħtiega sabiex inħajjru u nżidu aktar nies sabiex jibdew il-linja ta referring ġewwa pajjizna.
Konklużjoni
Wasalna għal konklużjoni tagħna. Nibda biex nirringrazzja lil eżekuttiv tal-ASA li dejjem kienu ta` spalla u li bl-għajnuna tagħhom ukoll stajna noħorgu b`dawn l-inizjattivi kollha. Lill istaff tekniku tal-ASA li jaħdmu qatigħ sabiex inkomplu ngħollu l-isem ta` pajjiżna l`fuq. Lill-imsieħba u l-entitajiet li jaħdmu u jgħinu mill-qrib lill-assoċjazzjoni tagħna. Lilkom ġurnalisti għaliex inthom parti mil-familja tagħna. Bl-għajnuna tagħkom inkunu qed inwasslu l-messaġġ fuq il-mezzi soċjali. Kif rajtu il-ħidma tagħna hija ħajja u attiva u għalhekk inħeġġiġkom sabiex tattendu għal-attivitajiet kollha li ser ikunu qed jiġu organizzati.
Recent Comments